DefinedMeaning/mlt
From OmegaWiki
asturianu | па-беларуску | bokmål | Deutsch | ελληνικά | English | español | esperanto | français | עברית | Italiano | Kölsch | 日本語 | Malti | Nederlands | polski | Portugês | русский | po slovensky | suomi | svenska | wolof | +/-
DefinedMeaning hija tabella fil-bank ta' informazzjoni ta' OmegaWiki. Sabiex il-proġett OmegaWiki jaħdem sewwa, min jużaħ irid jifhem sewwa x'inhu u kif jaħdem defined meaning.
Contents |
[edit] kif toħloq DefinedMeaning
TifsiraDefinita (DefinedMeaning (DM)) tieħu Espressjoni bħala l-punt tat-tluq, u jispjega wieħed (jew aktar) mill-kunċetti espressi minn din l-espressjoni fi frażi waħda jew aktar; id-Definizzjoni. TifsiraDefinita tista' tinbeda minn kwalunkwe Lingwa, u l-Ewwel Espressjoni u l-Ewwel Definizzjoni jiġu mmarkati jew murija fil-ġenb tal-paġna ta' l-editjar.
[edit] Traduzzjoni ta' Definizzjoni
Ma' DefinedMeaning jista' jkun hemm marbuta Definizzjonijiet Tradotti, jiġifieri traduzzjoni li żżomm kemm jista' jkun mal-kunċett kif deskritt mill-Ewwel Definizzjoni. Idealment, kull Definizzjoni Tradotta għandha tkun traduzzjoni diretta ta' l-Ewwel Definizzjoni, dan sabiex inaqqas id-drift semantiku, għalkemm fil-prattika, dan mhux dejjem il-każ.
[edit] It-Tifsira ta' Definizzjoni
Ma' TifsiraDefinita jista' jkun hemm marbuta Espressjonijiet oħra ji jistgħu jkunu f'kwalunkwe lingwa kif ukoll fl-istess lingwa tat tifsira spjegata. Espressjonijiet marbuta ma DefinedMeaning għandhom jesprimu il-kunċett spjegat fid-definizzjoni, m'għandhomx ikunu traduzzjonijiet ta' l-ewwel espressjoni.
Jista' jkun hemm numru ta' espressjonijiet mil-istess lingwa għal-definizzjoni waħda (jiġifieri hekk imsejħa sinonimi) - kull par tifsira <==> definizzjoni jista' jiġi ikkunsidrat bħala pareġġ tajjeb jew hażin; jiġifieri, jekk l-espressjoni tkoprix tajjeb it-tifsira u/jew l-istil tal-kunċett jew le.
Jekk il-pariġġ bejn espressjoni sekondarja jew definizzjoni tradotta għall-istess lingwa ireġi, m'hemmx bżonn li żżid tifsira oħra definita biex tesprimi mill-ġdid kunċett partikulari għall espressjoni.
Jekk il-pareġġ ma jreġix, it-tlaqqiegħ ta' l-espressjoni mad-definizzjoni jista' jiġi ikkunsidrat bħala tifsira m'hix eżatta (ApproximatedMeaning) u m'hemmx bżonn ta' DefinedMeaning separat illi jaqbel aktar ma l-Espressjoni. Huwa importanti għall-aħħar li ma tinbdilx id-definizzjoni tradotta sabiex din tippareġġa ma' l-espressjoni għall-lingwa maħduma, peress li dan iwassal għall tibdil fit-tifsir. Jekk id-definizzjoni tesprimi il-kunċett ta' l-espressjoni b'mod bagħtut trid tinħoloq tifsira definita oħra. L-oriġinal għandu jiġi ppreservat.
L-espressjoni tista' naturalment tesprimi kunċetti oħra u jenħtieġ li tkun assoċjata ma' definizzjonijiet oħra biex tifforma TifsiraDefinita oħra.
[edit] Relazzjonijiet
It-TifsiraDefinita tista' tkun relatata ma' TifsiraDefinita oħra, u r-relazzjoni tista' tiġi kklassifikata bħal ngħidu aħna, f' terminu idjaq, terminu usa' , parti minn-tema eċċ. Is-sett eżatt ta' klassifikazzjonijiet li ser jintużaw għadu mhux finalizzat.
[edit] kif tqalleb (browse) fl-informazzjoni maħżuna
Hemm żewġ modi kif wieħed jistgħa jqalleb fl'informazzjoni maħżuna. Tistgħa tikteb kellma fil-kaxxa tat-tfittxija (search box) - dina ittik l-informazzjoni li tixtieq (jekk din hi maħżuna). Il-mod l-ieħor huwa li tfittex (Relazzjonijiet) minn DefinedMeaning għall ieħor. Biex dan ikun possibli jenħtieġu numru ta' relazzjonijiet.
[edit] Eżempju
Il-kelma German fl-Ingliż tintuża kemm għar-raġel kif ukoll għall-mara b'nazzjonalità Ġermaniża. Meta tradotta għall-Malti, din tista' tiġi tradotta kemm Ġermaniż kif ukoll Ġermaniża, li jfisrru raġel ta' nazzjonalità Ġermaniża u mara ta' nazzjonalità Ġermaniża rispettivament. It-tlett TifsirietDefiniti kollha hemm bżonnhom, għaliex il-kliem bil-Malti u bl-Ingliż m'għandhomx l-istess tifsira.

